Tuesday, December 24, 2024

Doppjetta għal Beatrice Chebet fl-10,000m

Aqra wkoll

Il-Kenjana Beatrice Chebet lestiet id- doppjetta tad-distanza tan-nisa b’rebħa fl-10,000m. Fl-aħħar stadji tal-finali kien hemm grupp ewlieni ta’ madwar 13-il atleta bi tliet dawriet għat-tmiem.

Sifan Hassan tal-Olanda kienet fuq quddiem ta’ dak il-grupp ewlieni. Ir-ritmu baqa’ konsistenti sakemm indaqqet il-qanpiena li mmarkat għall-aħħar dawra.

Hassan kienet imdendla fuq wara tal-grupp ewlieni li niżel għal seba’ atleti hekk kif ħadu l-liwja fuq id-dritta ta’ wara … b’żewġ Kenjani fuq quddiem!

Finalment kienet Beatrice Chebet li rebħet id-deheb fi 30:43.25! Kienet id-doppjetta tad-distanza għal Chebet, li żiedet mar-reb­ħa tagħha fil-5000m!

It-Taljana Nadia Battocletti ġriet rekord nazzjonali ta’ 30:43.35 għall-fidda, u Hassan ħadet il-bronż fi 30:44.12.

Ekonomija

Sport