Wednesday, October 16, 2024

Doppjetta ta’ Jake Grech tikkastiga lil Zebbug Rangers

Aqra wkoll

Zebbug R…………….…0

Hibernians…………….2

Kellha tkun doppjetta personali ta’ Jake Grech li kkastigat lil Zebbug Rangers, hekk kif Hibernians ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqsima.

Fit-38 minuta Zebbug Rangers qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Travis Bartolo permezz ta’ karta ħamra diretta.

Hibernains fetħu l-iskor permezz ta’ penalty mogħti minn JAKE GRECH fid-39 minuta.

Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni goal fit-58 minuta għal darb’oħra permezz ta’ JAKE GRECH, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Zebbug R.: 1-Jamie Azzopardi, 2-Henrique Marcelino Motta (20-Jordan Sciberras 74), 3-Shaun Bugeja, 4-Leandro Almeida, 5-Travis Bartolo, 6-Wilker Santos (16-Randall Vella 30), 8-Ayrton Mizzi (18-Almir Mladonado 74), 10-Stefan Jankovic (17-Jeferson Macedo 65), 11-Charles Lokoli Ngoy, 15-Roberto Sanchez, 23-Kurt Bondin (21-Stanimir Miloskovic 65) Coach: Brian Spiteri

Hibernians: 16-Justin Haber, 3-Ferdinando Apap (19-Joseph Zerafa 74), 6-Gonzalo Llerana, 7-Thaylor Aldama, 8-Jake Grech (30-Eduardo Herrera 84), Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen (12-Dunstan Vella 66), 18-Joao Vitor De Oliveira (9-Jairo Rivero 74), 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Artiles, 42-Ali Diakite Coach: Silvio Vella

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: Mitchell Scerri, Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Malcolm Spiteri

Skorers: J. Grech pen. 39, 58 (H)

Tkeċċa: T. Bartolo 38 (Z)
Ammoniti: S. Bugeja (Z), T. Aldama, A. Agius, G. Artiles (H)

Player tal-Logħba: Jake Grech (H)

Sport