Tuesday, April 1, 2025

Doppjetta ta’ Simon Zibo titfa lil Sliema W. mat-Top Six

Aqra wkoll

Sliema W. ………2

Birkirkara ………1

Minn Cristian Muscat

Doppjetta ta’ Simon Zibo għenet lil Sliema Wanderers jegħlbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-1 biex ikkwalifikaw mat-Top Six tal-Malta Premier u daħlu biċ-ċans li jtemmu fl-ewwel żewġ posti­jiet biex ikunu jistgħu jilagħbu fis-semi-finali għar-rebħ tat-titlu.  

Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu wara kwarta logħob meta free-kick ta’      Steve Pisani ntemm barra.

Iżda, fit-22 minuta, kienu Sliema li fetħu l-iskor meta f’azzjoni maħduma bejn Zibo u Pisani, kien l-is­tess SIMON ZIBO li venven xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Grech isalva, biex b’hekk irnexxielu jsib ix-xibka proprju kontra l-ex team tiegħu.

Fis-37 minuta, Sliema resqu viċin li jirduppjaw l-iskor meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, Wescley, kellu x-xutt tiegħu jintemm barra.

Fil-50 minuta, Sliema fal­lew ċans tad-deheb li jirdoppjaw meta minn pożizzjoni ferm ideali, Jean Borg xeħet għoli.

Huma komplew ikunu iktar perikolużi u fis-56 minuta, wara li rċieva minn cross ta’ Gislain Yipke, Pablo Leonel Gaitan kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm barra.

Madankollu, fil-61 minuta Birkirkara għamlu l-iskor indaqs meta PAUL MBONG temm azzjoni personali permezz ta’ xutt mill-isbaħ mid- distanza li ntemm fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.

Tliet minuti wara, daqqa ta’ ras ta’ Plut għall-Wanderers, intemmet ftit għoli. Huma komplew fuq l-offensiva u fit-72 minuta reġgħu marru fil-vantaġġ, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa meta f’az­zjoni oħra maħduma ferm taj­jeb bejn Steve Pisani u SIMON ZIBO, dan tal-aħħar irreġistra doppjetta personali b’xutt mill-isbaħ, li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Matthew Grech isalva.

Fil-ħin miżjud l-istess Zibo saħansitra kellu l-opportunitá li jgħaqqad il-hat-trick iżda Grech salva tajjeb t-tentattiv mill-viċin.

SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (5-Neil Frendo 84), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino (21-Kyrian Nwoko 81), 20-Wescley (10-Maksym Priadun 67), 31-Henrique Murilo (77-Mohamed Awad 67), 33-Geoffrey Edwin Acheampong, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani   – Coach: Paul Zammit

BIRKIRKARA: 19-Matthew Grech, 4-Luis Mario Mina Cordova (10-Shaun Dimech 60), 5-Agustin Sandona, 6-Pablo Leonel Gaitan (30-Nathan Cross 60), 7-Alex Da Paixao Alves (93-Gislain Yikpe 46), 8-Paul Mbong, 20-Alex Satariano, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 59-Stephane Donovan Makoma, 91-Maxuell Maia   – Coach: Stefano De Angelis

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORERS: S. Zibo 22, 72 (S), P. Mbong 61 (B)

AMMONIT: A. Coppola (B)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport