Minkejja li t-tim nazzjonali Brażiljan safa’ eliminat mill-Copa America, il-president tal-federazzjoni tal-futbol tal-pajjiż Ednaldo Rodrigues xorta se jagħti fiduċja fil-kowċ attwali Dorival Junior.
Din l-aħbar xejn ma niżlet tajjeb fost il-partitarji Verdeoro li qed jaraw lil dan il-kowċ mhux kapaċi jmexxi tim daqshekk bi storja.
Tkellem fost l-oħrajn l-eks plejer internazzjonali Brażiljan Ze Roberto li sostna li t-tim għandu bżonn lil xi ħadd li jaf sew kif għandu jmexxi b’ċertu awtorita’ u fuq kollox b’kariżma li tidher nieqsa f’dan it-tim.