Ġewwa sala ppakjata bil-Mostin u xi nies oħra ngħatat merħba sabiħa lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dott. Robert Abela. Prim Ministru li tħares lejh b’liema angolu tħares issib li m’hawn l-ebda persuna oħra denja fil-politika bħalissa li tista’ tagħmel ix-xoghol kbir li qiegħed jagħmel huwa, kemm ġewwa Għawdex u Malta, kif ukoll fil-qasam internazzjonali u dak Ewropew.
Personali ngħid li kemm nixtieq li kont naf lill-Prim Ministru seba’ snin ilu kif nafu llum. Imma, mill-banda l-oħra, ngħid li la llum nafu hafna iktar sewwa u mill-qrib nirringrazzja lil Alla li sirt nafu b’dan il-mod tant tajjeb. Dott. Robert Abela huwa persuna b’qalb tad-deheb u sensittiv immens.
Kliemu dejjem jiġbor fih affarijiet li jfissru żar kemm huwa sensittiv. Fejn għal ħaddiehor l-affarijiet jgħaddu, għalih jara t-tbatija, l-uġigħ, is-sofferenza u l-passjoni li jistgħu jkunu għaddejjin minnha kemm persuni individwali, kif ukoll popli jew gruppi ta’ nies.
Prim Ministru sensittiv
… Jitkellm fuq dak li jemmen bih
Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qegħdin joħorġ biċ-ċar kemm il-Prim Ministru huwa sensittiv u kemm dak li jitkellem fuqu u dwaru ma jitkellimx għall-gallerija jew għax ikun ra xi post fuq Facebook. Ikun qiegħed jitkellem fuqu għax ikun jemmen fih. Jemmen li jista jbiddel u jagħmel aħjar jew ikun irid xi riforma li ssir u li sal-lum kulħadd ikun evita li jgħmel. Min għal raġuni u min għal oħra.
Kien proprju fil-Mosta li l-Prim Ministru tkellem fuq it-tbatija li qegħdin jgħaddu minnha diversi familji wara l-attakki ta’ Iżrael f’Gaża u ta merħba u stieden lil Dott. Ala Anagar biex Malta tghatiha l-wens, il-kenn, il-kura u li aħna lesti li nistmawha daqs oħtna u demmna. Spjega kemm hemm familji li qegħdin innocentament ibatu minħabba dawn l-atakki u fisser kemm mhux biss għandna nkomplu nsostnu l-politika ta’ paċi fir-reġjun u mad-dinja kollha.
Kemm huwa important li nsolvu l-problemi tagħna madwar mejda tan-negozjati u mhux fl-għelieqi bl-armi u t-tixrid tad-demm, imma wkoll li aħna għandna nagħtu l-ażil, il-wens, il-kura psikoloġika u l-kemm ta’ pajjiż li ‘jtaffilhom is-sofferenza kbira’.
Idum jaħseb, jisma’, iqis, jippjan … imma mbagħad jimplimenta
Kull Malti u Għawdxi issa qiegħed jidra li l-Prim Ministru Abela huwa persuna li jiddeċiedi. Idum jaħseb, jisma’, iqis, jippjana.. imma mbagħad jimplimenta. Wara 45 sena niddiskutu jekk għandniex nirrikonoxxu lill-Palestina bħala stat jew le. 45 sena. Kemm għaddew gvernijiet u Prim Ministri u ministri u segretarji parlamentari u ġenerazjonijiet waħda wara waħda, kollha niddiskutu u naraw x’l-aħjar li jsir għal pajjiżna. Issa se jkun dan il-Gvern laburista mmexxi mill-Prim Ministru Abela li se jirrikonoxxi lill-Palestina bħala stat.
Għal Dott. Abela qal ċar u tond li dak li qiegħed jiġri ftit kilometri ‘l bogħod minna mhuwiex aċċettabbli li toqtol lit-tfal u trabi innoċenti u familji sħaħ jitħallew bil-ġuħ u bil-għatx mhuwiex aċċettabbli. ‘Dawn huma l-ikrah forma ta’ atroċitajiet, li twaqqaf il-ħobż milli jidħol,’ ħalli t-tfal, żgħażagħ, nisa u anzjani jkunu jistgħu jittrejqu.li twaqqaf l-ikel, li twaqqaf milli jidħlu ġo pajjiż il-mediċini ħalli nies innoċenti jkunu jistgħu jidewwew u ma jitħallewx ibatu għal xejn.
Deċiżjoni mill-iżgħar stat tal-UE … Sodi fil-konfront tal-atroċitajiet
Li dawn l-affarijiet ma jitħallewx jidħlu għand ‘il-povri vittmi’ hija realtà li aħna nistghu naċċettawha u aħna Gvern Soċjalista, partit u moviment progressiv li ħa nibqgħu sodi fil-konfront ta’ dawn l-atroċitajiet, sodi ħafna. Jien nistaqsi lil qarrejja ta’ IT-TORĊA smajtu lil xi mexxej ieħor ikun sensittiv għal dawn il-ġrajjiet u jieħu l-azzjonijiet li ħa l-Prim Ministru tal-iżgħar stat membru ġewwa l-Unjoni Ewropea?
Smajtu lil xi ħaddieħor mill-kamp Nazzjonalista kemm lokalment, kif ukoll fuq livell Ewropew li jitkellem bl-iktar mod ċar u bla tlaqlieq fuq dak li qiegħed jiġri ġewwa Gaża? Jien la smajt lokalment u lanqas fuq livell Ewropew. Ħadd mill-Kamp tal-PN jitkellem fuq dak li għaddej ġewwa Gaża u jaqbeż, jiddefendi u joffri l-għajnuna lil dawk li qegħdin ibatu f’dan ir-reġjun.
Għalhekk ngħid li l-Prim Ministru Abela huwa persuna sensittiv ħafna li jidħol fis-sitwazzjoni jifhem it-tbatija li jkun għadejjin minnha n-nies u jagħti soluzzjonijiet. Ovvjament kien hemm ħafna raġunijiet għax dommna nitkellmu u niddiskutu mal-45 sena biex nirrikonoxxu lil Palestina bħala stat.
L-ospitalità lil Dott. Ala Anagar
Bħalma kien hemm ħafna raġunijiet għaliex ħadd ħlief iċ-ċkejkna Malta offriet l-ospitalità lil Dott. Ala Anagar u lil dawk li fadal mill-familja tagħha. Bla dubju ta’ xejn li meta tieħu deċiżjoni u pożizzjoni, jista’ jkun hemm il-konsegwenzi. Imma, hawn jidħol l-prinċipju ta’ x’qegħdin nagħmlu fil-politika? Aħna qegħdin fil-politika biex noqogħdu nieħdu r-ritratti għal Facebook jew biex nieħdu d-deċiżjonijiet u nagħtu direzzjoni bid-deċiżjonijiet li nieħdu? Bla dubju ta’ xejn li l-midja soċjali hija importanti, imma huwa iktar important li nieħdu d-deċiżjonijiet it-tajba li permezz tagħhom nieħdu direzzjoni u nbiddlu mġieba u attitudni li jkun hemm bżonn tinbidel.
Ekonomija b’saħħitha
Kienu d-deċiżjonijiet iebsin u kuraġġużi li ħa dan l-gvern li permezz tiegħu rega’ seħħ it-tieni miraklu ekonomiku u li permezz tiegħu llum għanda waħda mill-aqwa ekonomiji fl-Ewropa. Waħda mill-aqwa ekonomiji wara l-Covid fil-pajjiżi tal-Ewropa kollha u issa kulħadd qiegħed jirrealizza għaliex ħdima u ħadna deċiżjonijiet biex ikollna ekonomijia b’saħħitha.
Il-familji tal-istudenti bdew jirċievu l-ewwel 500 ewro għajnuna, minn 1,500 ewro għajnuna, għal dawk li għadhom jistudjaw; l-anzjani tagħna raw żieda sostanzjali wara żieda sostanzjanli fil-pensjonijiet tagħhom, issewwew anomaliji sħaħ bħal pensjonijiet ta’ qabel 1962, min ħallas inqas minn 10 snin bolol qiegħed jircievi kontribuzzjoni lura, investiment fil-qasam ambjentali, dak tal-enerġija u riġenerazzjoni, tas-saħħa, edukattiv, Ghawdex, infrastruttura, turiżmu u qasam internazzjonali fost oħrajn.
Issa l-aħħar waħda ftehim kolettiv li jiswa mal-45 miljun ewro ħalli jiżdiedu l-pagi u l-kondizzjonijiet tax-xogħol għall-għalliema tal-MCAST. Malta li qiegħda tnaqqas id-dejn u tkompli tinvesti fin-nies.
Taħt il-PN il-pensjonanti kienu jħallsu t-taxxa
Illum il-ġurnata, grazzi għall-Gvern Laburista ħadd ma jħallas taxxa fuq l-ewwel elf ewro li jaqbdu fix-xahar. Niftakar żmien li kienu jiġu anzjani taħt Gvern Nazzjonalista li kienu jħallsu taxxa anke fuq il-pensjoni tal-bolla li kienu jirċievu u kien dan il-gvern bl-għaqal għolla s-somma li l-pensjonanti jistgħu jdaħħlu bħala pensjoni qabel ma jibdew iħallsu t-taxxa.
Għalhekk għidt li llum il-ġurnata f’Malta u Għawdex ma hawn l-ebda politiku ieħor fil-kamp Nazzjonalista li jista’ jieħu post il-Mexxej Laburista bħala Prim Ministru ta’ Malta.
Dawn li ktibt fuqhom huma ftit mill-affarijiet, deċiżjonijiet u suġġetti li jidentifikaw lil Dott. Robert Abela bħala l-persuna li jien irrid li nafda l-futur ta’ wliedi u wlied uliedi f’idejh. Naf fiċ-ċert, li hawn il-maġġoranza siekta li taqbel miegħi. Għalhekk, jien se nagħmel ħilti kollha biex il-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss jerga’ jikseb l-ikbar maġġoranza possibbli u jerġa’ jkollna lil Prim Ministru Abela biex għal term ieħor, imexxi lil pajjiżna.
Sliem.