B’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’ wara li double decker ħadet in-nar f’Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15. a.m. fi Triq Fortunato Mizzi meta għal xi raġuni żviluppaw xi nirien fuq in-naħa ta’ wara tad-double decker.
Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien. Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan il-ġurnal li ma kienx hemm persuni li weġġgħu f’dan l-inċident.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.