Saturday, April 19, 2025

Douglas Luiz mistenni jmur lura fl-Ingilterrra

Aqra wkoll

Douglas Luiz jista’ jirritorna fil-Premier League Ingliż wara li tħabat biex jaddatta għall-ħajja mal-ġganti tas-Serie A Juventus.

Luiz ingħaqad mal-Bianconeri bit-tama li jibda avventura ġdida iżda din ma swiet għalxejn minħabba li fil-15-il logħba li lagħab hu ma skorja l-ebda gowl bil-kowċis Thiago Motta u aktar tard Igor Tudor li ma tantx jibdewh mal-ewwel ħdax.

Luiz għandu 26 sena u l-isbaħ żmien tiegħu kien ma’ Aston Villa fejn skorja 20 gowl f’175 partita.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport