In-Nutar Dr Anthony Spiteri Debono, ir-raġel tal-Pesident ta’ Malta, l-Eċċellenza tagħha, Myriam Spiteri Debono se jingħata l-aħħar tislma nhar it-Tlieta fis-2:00 p.m., fil-Kolleġjata ta’ San Pawl Nafraġju fil-Belt Valletta.
Spiteri Debono miet il-Ħamis filgħodu fl-età ta’ 78 sena wara li żviluppawlu kumplikazzjonijiet ta’ saħħa.
Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-President talab sabiex f’dan il-mument diffiċli, tiġi rispettata l-privatezza tal-familja.