Friday, November 15, 2024

Dr Calvagna jagħti ħajja ġdida lil persuni li ġew bżonn l-organi tiegħu

Aqra wkoll

Dr Victor Calvagna qed jagħti ħajja ġdida lil persuni li kienu qed jistennew trapjant.

F’intervista li għamlet mal-istazzjon nazzjonali, u li xxandret illejla, martu qalet li żewġt ikliewi u l-kornea tal-għajnejn tal-mibki żewġha issa qed jagħtu ħajja ġdida lill-persuni oħra.

Hija kienet qed titkellem mal-istazzjon nazzjonali l-għada li saret il-maratona b’risq Puttinu Cares fejn inġabret is-somma rekord ta’ €3,133,430.

Waqt ix-xandira fuq diversi stazzjonijiet lokali lbieraħ spikka l-messaġġ li Dr Calvagna kien għadda f’edizzjoni mill-passat ta’ waħda mill-maratoni fejn kien esprima x-xewqa li qabel jirtira, Puttinu Cares ikollha abitazzjoni fiċ-ċentru ta’ Londra.

Ekonomija

Sport