Friday, February 20, 2026

Dr Joseph Muscat se jappella minn deċiżjoni tal-Qorti

Il-Qorti tiddeċiedi dwar każ li tressaq fuq il-proċess tal-inkjesta tal-isptarjiet

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li se jappella minn sentenza li ngħatat dalgħodu mill-Qorti.

Huwa ħabbar dan f’kitba fuq il-midja soċjali, fejn qal li jinnota u li bħal dejjem jirrispetta s-sentenza tal-Qorti.

Dan f’sentenza li ngħatat dalgħodu mill-Imħallef Giovanni Grixti b’rabta ma’ każ, fejn l-eks Prim Ministru Muscat ressaq każ b’rabta ma’ ksur ta’ drittijiet dwar l-inkjesta tal-isptarijiet.

F’din il-kitba, Joseph Muscat temm jgħid li jħares ’il quddiem li jkompli juri l-mod pervers kif saru manuvri vendikattivi fil-konfront tiegħu u tal-familja tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport