Sunday, November 24, 2024

Dr Karmenu Mifsud Bonnici rilaxxat mill-Isptar

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici ħareġ mill-Isptar Mater Dei wara li l-qagħda ta’ saħħtu qalbet għall-aħjar.

Aktar kmieni l-Prim Ministru Robert Abela qal li tkellem ma’ Dr Mifsud Bonnici u li qallu li jinsab aħjar tant li mistenni jkun rilaxxat mill-Isptar Mater Dei.

Dr Mifsud Bonnici għandu 89 sena. Huwa kien inħatar Prim Ministru fl-1984 u dam f’din il-kariga sal-1987.

Sport