Wednesday, April 24, 2024

Dr Walter Busuttil jinħatar tabib ewlieni tal-Gvern

Aqra wkoll

It-tabib Walter Busuttil inħatar it-tabib ewlieni tal-Gvern, wara li Dr Dennis Vella Baldacchino inħatar Kummissarju għas-Saħħa Mentali ftit ġimgħat ilu.

Walter Busuttil gradwa bħala tabib mill-Università ta’ Malta fl-1987. Huwa kompla l-istudji tiegħu kemm f’pajjiżna kif ukoll barra fejn fl-2001 sar kirurgu tal-qalb (Consultant Cardiothoracic Surgeon).

Minbarra l-mediċina, Dr Busuttil huwa wkoll gradwat fil-Business Administration. Għal dawn l-aħħar 4 snin huwa serva fil-kariga ta’ Direttur Mediku fl-Isptar Mater Dei.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne awgura l-isbaħ xewqat lil Dr Busuttil fil-kariga ġdida tiegħu, u rringrazzja lil Dr Dennis Vella Baldacchino li għal numru ta’ snin okkupa l-istess kariga.

Sport