Wednesday, October 9, 2024

Dragan Stojkovic jikkritika l-logħob ta’ Juventus

Aqra wkoll

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Serb Dragan Stojkovic ikkritika l-istil ta’ logħob ta’ Juventus, partikolarment it-tattika li jħejji l-kowċ Massimiliano Allegri li sa ċertu punt qed taffettwa lill-iskorer prolifiku Dusan Vlahovic.

“Juventus qed joħolqu logħob tedjanti speċjalment f’nofs il-grawnd fejn mhux qed ikunu intensi fil-logħob tagħhom u dan jaffettwa lil Dusan li ftit li xejn qed ikun fl-azzjoni.”

Stojkovic kien preżenti għad-derby della Mole bejn Juventus u Torino li i Bianconeri rebħu bl-iskor ta’ 1-0 bil-gowl uniku skorjat mill-istess Vlahovic.

Sport