Il-karriera ta’ Dragan Stojkovic bħala kowċ tat-tim nazzjonal Serb spiċċat wara t-telfa 1-0 kontra l-Albanija fil-logħob ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja 2026. F’konferenza stampa wara l-logħba f’Leskovac, Stojkovic ħa r-responsabbiltà sħiħa għat-telfa u ċaħad li se jmexxi t-tim kontra Andorra għada. Hu qal li se jispiċċa bi kburija, minħabba li kien hemm ukoll riżultati tajbin fil-passat, u żied li se jibqa’ ifaħħar lis-Serbja speċjalment il-plejers tiegħu.
Min-naħa tagħhom, il-partitarji Serbi bdew jgħajtu għar-riżenja tiegħu u fil-verita’ ġew ikkuntentati. Wara li tilfu din il-logħba, is-Serbja tinsab fit-tielet post ta’ grupp K wara l-Ingilterra u l-Albanija.