Friday, March 14, 2025

Draw bejn Hibernians u Balzan li ma kkuntenta li ħadd

Aqra wkoll

Hibernians …….0

Balzan ……………0

Minn Cristian Muscat

Hibernians u Balzan temmew il-konfront fi draw ta’ mingħajr goals biex filwaqt li Hibernians ħadu skoss fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw biex jispiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet, Balzan niżlu fl-aħħar post tal-klassifika.

Kienu Hibernians li ħarġu fuq l-offensiva u wara ħames minuti Dexter Xuereb kellu x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper, Danilo Golovic.

Balzan wieġbu fit-28 minuta meta Dimeji Awosnya avvanza tajjeb fil-kaxxa, xeħet cross għan-nofs iżda l-ballun ġie kklerjat mill-Pawlisti. 

Hibs reġgħu ħolqu l-peri­klu fit-32 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Bjorn Kristensen li ntemm ftit għoli.

Balzan irrispondew ħames minuti wara meta Victur Blasco Llorens  kellu xutt mid-distanza li spiċċa ftit barra.

Il-partita kompliet tisbieħ u fit-42 minuta kienu Hiber­nians li ħolqu l-periklu meta De Souza approfitta minn żball ta’ Hernri Braham Sta­nic, avvanza izda kellu x-xutt tiegħu jiġi devjat mill-istess Stanic f’corner.

Fid-49 minuta, Balzan heddew minn free-kick ta’ Kamsoba li ġie salvat mill-goalkepeer, Pablo Sanchez, mingħajr tbatija.

Hibernians wieġbu sekondi biss wara meta Carvalho għadda tajjeb lejn Villela li kellu x-xutt tiegħu jistampa mal-mimduda, b’Balzan jeħilsuha ħafif. Minuta biss wara, Golovic salva fuq l-istess Villela.

Il-Pawlisti baqgħu jiddominaw u fit-63 minuta Villela pprova jaħsad lil Golovic li nqabad ftit barra minn postu permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ntemm għoli.

Fil-71 minuta Hibernians resqu viċin li jjftħu l-iskor meta Golovic naqas milli jikkontrolla minn azzjoni ta’ free-kick, bil-ballun jintemm għand Villela li iżda minn taħt il-lasta spara għoli.

Fit-80 minuta Kurt Shaw għal sab lil Golovic attent li salva tajjeb. Mumenti qabel tmiem il-partita Balzan tilfu ċans tad-deheb meta xutt ta’ Awosanya intemm ftit barra, bl-iskor baqa’ ma nbidilx.

HIBERNIANS: 1-Pablo Nino Sanchez, 4-Alfred Silas (17-Isai­ah Chukunyere 79), 5-Kurt Shaw (20-Federico Falcone 79), 7-Lucas Villela Lapert, 8-Rodrigo Khevin Fraga, 9-Natha Carvalho, 11-Bjorn Kristensen, 14-Dexter Xuereb (19-Stanislav Sorokin 69), 21-Alex Bruno De Souza Silva, 23-Matthew Ellul (44-Pedro Henrique Nunes Silva 79), 99-Rui Bruno Ribeiro   – Coach: Branko Nisevic

BALZAN: 99-Danilo Golovic, 2-Nemanja Kerkez, 6-Marcus Grima, 7-Marcus Enzo Ndombasi, 8-Nicholas Pulis, 9-Isaac Westendorf, 11-Benjamin Hili, 14-Dimeni Awosanya, 17-Henri Braham Stanic, 23-Victor Blasco Llorens (18-Luka Jankovic 76), 77-Elvis Kamsoba (5-Samir Arab 89) – Coach: Andrew Co­hen

REFEREE: Daniel Casha

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Jareth Grima

RABA’ UFF: Vladimir Rizoski

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: L. Villela Lapert, D. Xuereb, N. Carvalho, I. Chukunyere (H), D. Golovic, M. E. Ndombasi, I. Westendorf (B)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport