Sunday, April 5, 2026

Draw bejn Lazio u Parma … rebħiet għal Fiorentina u Sassuolo

Aqra wkoll

Lazio v Parma: Lazio u Parma temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1. Kien Enrico Delprato (15) li fetaħ l-iskor għal Parma, waqt li Tijjani Noslin (77) ġabu l-iskor indaqs għall-Biancoceleste.

Verona v Fiorentina: Fiorentina barra minn darhom għelbu lil Verona bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal minn Nicolo Fagioli (82). Ta’ nota huwa l-fatt li ż-żewġ timijiet spiċċaw il-partita jilagħbu bi player inqas meta fil-85 minuta tkeċċew Albert Gudmundsson u Tomas Suslov permezz ta’ karta ħamra diretta. Sassuolo v Cagliari – Sassuolo ġewwa darhom dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra Cagliari.

Kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor permezz ta’ Sebastiano Esposito (30). Iżda Sassuolo ġabu l-iskor indaqs minn Ulisses Garcia (50) qabel ma skorjaw il-goal tar-rebħa li tahom tliet prezzjużi permezz ta’ Andrea Pinamonti (78).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport