Friday, September 13, 2024

Draw bejn Mosta u Valletta li ma kkuntenta lil ħadd

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Mosta ……….2

Valletta ……..2

Valletta rkupraw żvantaġġ ta’ żewġ għal draw ta’ 2-2 kontra Mosta, li iżda dan ir-riżultat ma kkuntenta li ħadd minħabba li teżisti possibbiltá li t-tnejn se jilagħbu fil-Relegation Pool.

Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta permezz ta’ xutt ċentrali b’saħħtu tal-Kroat Ivan Curjuric li ġie salvat min­għajr wisq diffikultá mill-goalkeeper Ini Akpan.

Mosta wieġbu fis-27 minuta, bi free-kick ta’ Youri Loen li ġie salvat parzjalment   mill-goalkeeper, Alessandro Guarnone, biex mir-rebound Geoffrey Acheampong mill-viċin ikkonkluda għoli.

Imbagħad kellna nistennew sat-43 minuta biex tiġi nnotata azzjoni ta’ denja meta Triston Caruana għadda taj­jeb lejn Kevin Tulimieri li ttanta xortih permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa li iżda ġie salvat minn Akpan.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Mosta ħarġu ferm aggressivi u fit-58 minuta fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn az­zjoni ta’ corner, il-captain TYRONE FARRUGIA, antiċipa lil difensur ta’ Valletta, mattar siequ u mill-viċin tefa’ ġewwa. 

U appena għaddiet minuta, huma rdoppjaw meta s-sostitut LUIS RIASCOS, irċieva through pass, avvanza tajjeb u permezz ta’ xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa tefa’ ġewwa.

Fis-70 minuta, Valletta reb­ħu penalty meta Ivan Curjuric twaqqa’ fil-kaxxa biex mill-11-il metru  MARIO FONTANELLA ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx, tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Iżda tliet minuti wara, Mosta resqu ferm viċin meta x-xutt ta’ Zachary Brincat ħabat mal-wieqfa.

Iżda fid-90 minuta kienu l-Beltin li kisbu d-draw drammatiku b’xutt fil-baxx ta’ EMMANUEL OLUWATOBI

MOSTA: 12-Ini Etim Akpan, 7-William Donkin (88-Sunday Akinbule 79), 11-Geoffrey Edwin Acheampong, 20-Boubakary Diarra, 22-Tyrone Farrugia, 24-Jake Vassallo, 27-Youri Loen, 30-Luis Riascos, 33-Dennis Antwi Agyare (8-Christ Ememe 79), 77-Zachary Brincat (9-Michael Mifsud 79), 98-Rodriguez Ekani   – Coach: Joseph Grech

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 5-Ryan Camilleri, 6-Triston Caruana (24-Rowen Muscat 65), 14-Christian Gauci (17-Andrea Zammit 84), 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 20-Ivan Curjuric, 66-Eslit Sala, 77-Caio Prado (19-Emmanuel David Promise Oluwatobi 65), 89-Mario Fontanella, 92-Kevin Tulimieri (97-Lucas Campos 49)   – Coach: Danilo Doncic

REFEREE: Matthew Degabriele

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: T. Farrugia 58, L. Riascos 59 (M), M. Fontanella 71 pen, E. D. Promise Oluwatobi 90 (V)

AMMONITI: R. Camilleri, C. Gauci (V), L. Riascos, B. Diarra, J. Vassallo, G. E. Acheampong (M)

Ekonomija

Sport