Valletta…………….0
Mosta……………….0
F’partita pjaċevoli, Valletta u Mosta temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals, biż-żewġ timijiet jispiċċaw jilagħbu bi player inqas fit-tieni taqsima.
Ta’ nota huwa l-fatt li qabel il-partita, il-captain ta’ Valletta Rowen Muscat ġie ppreżentat bi flok kommemorattiv fl-okkażjoni tal-100 partita tiegħu bil-flokk tal-Lilywhites.
Kienu Mosta li ħarġu fuq l-offensiva u fil-11-il minuta, xutt ta’ Rodriguez Ekani għadda għoli.
Huma komplew fuq l-offensiva u erba’ minuti wara protestaw għall-penalty meta Rodriguez Ekani deher jitwaqqa’ minn player avversaju fil-kaxxa, iżda r-referee Philip Farrugia ħalla l-logħob għaddej.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta, ħarġu ferm aggressivi u fit-48 minuta, iż-żagħżugħ Andrea Zammit, seta’ għamel aħjar meta kellu l-konklużjoni tiegħu minn barra l-kaxxa, bil-ballun jintemm ferm barra.
Huma komplew jippressaw u tliet minuti biss wara Nilton Rodrigues Soares ittanta xortih permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa li ġie salvat minn mal-art u mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper ta’ Mosta, Ini Etim Akpan.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Beltin u fil-55 minuta, Federico Falcone kellu daqqa ta’ ras mill-viċin li dehret destinata għal ġewwa, iżda r-referee Philip Farrugia ġġudika li tabilħaqq il-ballun ma kienx qabeż il-linja fatali, fost il-protesti tal-players, partitarji u diriġenti Beltin.
Fit-63 minuta, wara li rċieva minn cross ta’ Andrea Zammit, Nilton Rodrigues Soares, kellu xutt minn ġol-kaxxa li stampa mal-mimduda, biex mir-rebound l-istess Soares ra lil Ini Etim Akpan isalva tajjeb.
Mill-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħta tal-pitch, kienu Mosta li resqu viċin li jiftħu l-iskor iżda kienu sfortunati meta xutt ta’ Linus Precious Tenebe stampa mal-wieqfa, bil-Beltin jeħilsuha ħafif.
Dan sabiex żewġ minuti biss wara Mosta qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players hekk kif tkeċċa għalihom permezz ta’ karta ħamra diretta il-player Jacob Akrong wara li wettaq foul ikrah fuq Rodrigues Nilton Soares li deher destinat li jkompli javvanza lejn il-lasti avversarji.
Id-drama kompliet tikber fit-Tony Bezzina Stadium u fit-68 minuta kienu Valletta li spiċċaw jilagħbu bi player inqas hekk kif wara li Nilton Rodrigues Soares qabeż lil Ini Etim Akpan, huwa deher jitwaqqa’ fil-kaxxa iżda r-referee Philip Farrugia ġġudika li dan kien wettaq simulazzjoni u kawża t’hekk irċieva t-tieni karta safra u b’hekk safa mkeċċi.
Mosta kienu għoddhom skorjaw il-goal tar-rebħa fil-ħin miżjud meta s-sostitut Michael Chidera Okoh temm azzjoni personali permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda stampa mal-wieqfa.
Valleta: 99-Cain Formosa, 3-Enzo Ruiz, 10-Shaun Diemch (91-William W. Jebor 76), 11-Nilton Rodriguez Soares, 20-Federico Falcone, 21-Bradley Steed Kandem Fewo, 22-Brandon Paiber (8-Triston Caruana 67), 24-Rowen Muscat, 28-Jean Marie Ngong (18-Enmy Manuel Pena Beltre 46), 66-Eslit Sala, 93-Kilian Bevis (9-Andrea Zammit 46) Coach: Thane Micallef
Mosta: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa (21-Nathan Agius 82), 8-Christ Ememe (4-Glamour Eziefula 82), 10-Linus Precious Tenebe (99-Dore Ferebory 82), 11-Duane Bonnici (24-Michael Chidera Okoh 60), 13-Clayton Failla, 20-Boubakary Diarra, 30-Jacob Akrong, 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (22-Tyrone Farrugia 70), 98-Rodriguez Ekani Coach: Joseph Grech
Referee: Philip Farrugia
Ass. Referees: Alan Camilleri, Paul Apap
Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech
Skorers: Ħadd
Tkeċċew: J. Akrong 65 (M), N. Rodriguez Soares 68 (V)
Ammoniti: E. Sala, N. Rodriguez Soares (2), K. Bevis (V), G. Eziefula, T. Farrugia (M)
Player tal-Loghba: Shaun Dimech (V)