Monday, December 23, 2024

Draw diżappuntanti ta’ mingħajr goals

Aqra wkoll

Balzan …………..0

Marsaxlokk ……0

F’partita li naqset milli tilħaq l-aspettattiva, Balzan u Marsaxlokk, temmew il-konfront fi draw ta’ mingħajr goals.

Kien biss fil-35 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Marsaxlokk ikunu huma li joħolqu l-periklu meta appellaw għall-penalty hekk kif xutt mid-distanza ta’ Yuri De Jesus Messias deher jaħbat ma’ id difensur ta’ Balzan, iżda r-referee Alex Johnson, ħalla l-logħob għaddej.

Fil-50 minuta, xutt mid-distanza ta’ De Jesus Messias, dejjem għal Marsaxlokk ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.

Mas-siegħa logħob Balzan ħolqu l-ewwel attakk meta Triston Caruana kellu x-xutt b’saħħtu minn pożizzjoni ideali jintemm għoli.

Ħames minuti wara, Yuri De Jesus Messias kellu xutt mill-viċin devjat f’corner mid-difiża ta’ Balzan, bix-Xlukkajri jerġgħu jappellaw għall-penalty, wara li allegetament, Oli­vier Rommens, mess il-ballun b’idu fil-kaxxa.

Marsaxlokk tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw il-goal tar-reb­ħa fil-85 minuta meta s-sostitut Anthony Obonogwu xeħet cross fil-baxx għan-nofs li sab lil Yuri de Jesus Messias li minn taħt il-lasta ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda qabel intemm barra.

BALZAN: 99-Danilo Golovic, 2-Ivan Bozovic, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana, 8-Paul Fenech (6-Marcus Grima 86), 9-Manyluak Aguek (77-Aleksa Andrejic 58), 10-Jake Grech, 21-Aleksandar Katanic, 23-Nikola Zerjal (14-Damaji Awosanya 89), 24-Nikola Braunovic, 27-Olivier Rommens   – Coach: Oliver Spiteri

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobjnak, 3-Weder Soares Da Silva, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat (99-Anthony Obonogwu 79), 10-Yuri De Jesus Messias, 17-Jacob Walker, 23-Samuel Boakye (33-Diego Pires Dall’Oca 64), 27-Leoandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna, 88-Sunday Akinbule – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORER: Ħadd

AMMONITI: I. Bozovic, M. Grima (B)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Ryan Scicluna (M’xlok)

Ekonomija

Sport