Floriana…………….1
Gzira U………………1
F’partita pjaċevoli, Floriana u Gzira United temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1, biż-żewġ goals jaslu fl-ewwel taqsima.
Floriana għamlu l-intenzjonjiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti meta KEMAR REID approfitta minn indeċiżjoni ta’ Gabriel Bohrer Mentz barra l-kaxxa, avvanza tajjeb u tefa’ ġewwa.
Iżda Gzira ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni tajba u mal-kwarta logħob ġabu l-iskor indaqs meta Nikolai Muscat kellu xutt mhux daqstant preċiz li ntemm għand JEFFERSON DE ASSIS li mill-viċin tefa’ ġewwa.
Il-Maroons komplew jipproduċu logħob sabiħ u fit-38 minuta, xutt minn ġol-kaxxa ta’ Jefferson De Assis minn ġol-kaxxa ġie salvat mill-goalkeeper ta’ Floriana, Reece Cutajar, li f’din il-partita kien qed jieħu post il-goalkeeper titolari Bulgaru, Georgi Kitanov.
Floriana wieġbu fil-45 minuta permezz ta’ Mattia Veselji li kellu x-xutt tiegħu salvat bi bravura mill-goalkeeper Kroat tal-Maroons, Darijan Zarkov.
Gzira ħolqu l-periklu fil-61 minuta meta Maxuell Maia minn pożizzjoni ideali kellu xutt salvat minn Reece Cutajar.
Fis-86 minuta, xutt mill-viċin ta’ Andrew Borg dejjem għall-Maroons intemm barra.
Floriana: 37-Reece Cutajar, 2-Adam Magri Overend, 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji (Jan Busuttil 53), 9-Kemar Reid, 10-Jose Ulise Arias, 17-Owen Spiteri (21-Carlo Zammit Lonardelli 53), 25-Lorenzo Trillo, 26-Alen Melunovic, 28-Emiliano Callegari, 40-Sindre Osestad (24-Lorenzo De Grazia 77) Coach: Gianluca Atzori
Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat (11-Lucas Ribeiro De Oliveira 77), 7-Steve Psiani, 9-Marcelo Dias (47-Brookylyn Borg 91), 16-Luis Carlos Riascos (98-Jackson Mendoza 91), 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia (4-Andrew Borg 77), 94-Jeffersion De Assis Coach: Darren Abdilla
Referee: Matthew De Gabriele
Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Vasil Vasilev
Raba’ Uffċijal: Andrea Sciriha
Skorers: K. Reid 4 (F), J. De Assis 15 (G)
Ammoniti: M. Veselji, J. Ulises Arias, A. Melunovic, E. Callegari, C. Zammit Lonardelli (F), G. Bohrer Mentz, S. Pisani, M. Dias, L. C. Riascos (G)
Player tal-Logħba: Jefferson De Assis (G)