Floriana ……..1
Hibernians….1
Minn Cristian Muscat
Fit-tieni partita tal-aħħar ġurnata tal-Closing Round tal-Malta Premier League li qed tintlagħab fil-Gozo Stadium, Floriana u Hibernians temmew fi draw ta’ 1-1.
Floriana kellhom lil Jose Fernando Gomes sospiż, filwaqt li għal Hibernains irritorna fl-azzjoni, Jurgen Degabriele, wara li rkupra minn injury, fejn ġie utilizzat bħala sostitut fis-66 minuta fejn ħa post Alex Bruno De Souza Silva. Għalihom irritorna wkoll fl-iskwadra ż-żagħżugħ Lucas Caruana wara li serva logħba sospensjoni iżda ma ġiex utilizzat mill-coach Branko Nisevic.
Kollox ma’ kollox kienet nervuża fejn ġew murija xejn inqas minn 10 karti sofor – erbgħa għal Floriana u sitta għal Hibernians.
Floriana fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fis-seba’ minuta meta Dunstan Vella għadda tajjeb lejn FRANKLIN SASERE li avvanza tajjeb fil-kaxxa u b’eleganza qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper ta’ Hibernians, Nino Pablo Sanchez.
Il-Pawlisti wettqu reazzjoni tajba u fis-17-il minuta free-kick ta’ Dexter Xuereb gie salvat mingħajr diffikultá mill-goalkeeper ta’ Floriana, Christoffer Mafoumbi.
Fit-28 minuta, il-Greens kellhom ferħa bla temma meta Carlo Zammit Lonardelli tefa’ l-ballun fix-xibka iżda r-referee Malcolm Spiteri kien pront u ħassar dan il-goal minħabba li ġġudika li l-player Furjaniż kien mess il-ballun b’idejh fil-kaxxa.
Fit-63 minuta, xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ Bjorn Kristensen għall-Pawlisti ġie salvat tajjeb minn Mafoumbi.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-75 minuta, xutt insidjuż ta’ Lucas Villela Lapert għadda ftit barra.
Tliet minuti wara Hibernians meritatament ksibu d-draw meta Ilias Apostolos indirizza cross li sab lil BJORN KRISTENSEN li minn taħt il-lasta ma ħafirx.
L-iskor baqa’ ma nbidilx biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.
FLoriana: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech (11-Zachary Scerri 73), 9-Elvis Mashike Sukise (10-Gabriel Sotomayor 79), 12-Dunstan Vella, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 25-Julian Gonzalo Gamarra, 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro, 79-Guy Serge Cedric Yameogo – Coach: Darren Abdilla
hibernians: 1-Nino Pablo Sanchez, 5-Kurt Shaw, 7-Lucas Villela Lapert, 7-Rodrigo Khevin Fraga, 9-Natha Felicio Carvalho (20-Federico Falcone 66), 11-Bjorn Kristensen, 14-Dexter Xuereb (4-Alfred Silas 71), 19-Stanislav Sorokin, 21-Alex Bruno De Souza Silva (10-Jurgen Degabriele 66), 44-Pedro Henrique Nunes Silva, 99-Rui Bruno Ribeiro (22-Ilias Apostolos 71) – Coach: Branko Nisevic
REFEREE: Malcolm Spiteri
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Kurt Saliba
RABA’ UFF: Daniel Casha
SKORERS: F. Sasere 7 (F), B. Kristensen 78 (H)
AMMONITI: C. Mafoumbi, O. El Hasni, D. Vella, G. S. C. Yameogo (F), L. Villela Lapert, R. Khevin Fraga, F. N. Carvalho, B. Kristensen, P. H. Nunes Silva, R. B. Ribeiro (H)