Monday, October 14, 2024

Draw ġust bejn Gudja U. u Marsaxlokk

Aqra wkoll

Gudja U……………….1

Marsaxlokk…………..1

Gudja United u Marsaxlokk temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1, biż-żewġ goals jaslu fl-ewwel taqsima.

Gudja fetħu l-iskor fl-għaxar minuta meta ABOU TOURE rċieva tajjeb mingħand Mirko Esposito, evita l-ħarġa tal-goalkeeper Xlukkjar, Marko Drobnjak, u ddepożita l-ballun fix-xobka.

Fil-45 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, Marsaxlokk rebħu penalty meta d-daqqa ta’ ras ta’ Anthony Obonogwu ħabbtet ma’ id Ricardo Mango. Mill-11-il metru nkariga ruħu YURI DE JESUS MESSIAS, li ma żbaljax, biex irnexxielu jsib ix-xibka proprju kontra l-ex team tiegħu.

Fit-72 minuta, Nikolai Muscat għal Marsaxokk kellu xutt fil-baxx mid-distanza li għadda ftit barra.  

Tliet minuti wara, is-sostitut Sean Cipriott għall-Gudjani, għadda tajjeb lejn Abou Toure fil-kaxxa, iżda dan ġie antiċipat tajjeb minn Drobnjak. 

Fis-87 minuta, xutt minn qagħda idelai ta’ Yuri De Jesus Messias, intemm barra. 

Gudja United: 1-Yaren Sozer, 30-Karl Micallef, 5-Armando Brenner, 22-Ricardo Mango, 88-Mirko Esposito, 39-Zak Grech (28-Matteo Cassini 86), 18-Conor Borg (8-Sean Cipriott 76), 13-James Arthur, 11-Matias Muchardi, 17-Gabriel Mensah (7-Gianluca Lorenzoni 64), 77-Abou Toure (10-Shaisen Attard 86) Coach: Jesmond Zammit

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 19-Armah Vaikainah, 3-Weder Soares, 5-Daniel Zerafa (23-Samuel Boakye 82), 17-Jacob Walker, 27-Leandro Aguirre (11-Duane Bonnici 76), 33-Diego Dall’Oca, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias, 94-Josè Fernando, 99-Anthony Obonogwu (88-Sunday Akinbule 66) Coach: Winston Muscat

Referee: Trustin Farrugia Cann

Ass. Referees: Roberto Vella, Kurt Saliba

Raba’ Uffiċjal: Ishmael Barbara

Skorers: A. Toure 10 (G), Y. De Jesus Messias pen. 45 (M)

Ammoniti: A. Brenner, A. Toure, M. Esposito, G. Lorenzoni (G), N. Muscat (M)

Player tal-Logħba: Armando Brenner (G)

Sport