Sunday, February 2, 2025

Draw ġust bejn Gzira U. u Melita

Aqra wkoll

Gzira U. …….2

Melita ………2

Minn Cristian Muscat

Fil-Malta Premier League, Gzira United irkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals biex spiċċaw fi draw ġust ta’ 2-2 kontra Melita.

Kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor wara biss  sitt minuti meta mill-free-kick ta’ Martinez, HENRIQUE MARCELINO MOTTA xellef il-ballun bir-ras  biex għeleb lill-goalkeeper, Giulio Mangano.

Gzira wieġbu fis-17-il minuta iżda Lucas Macula kellu x-xutt tiegħu jiġi salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Melita, Aleksander Lubik.

Fit-32 minuta, reġgħu kienu l-Maroons li heddew meta Thaylor Aldama għadda lejn Lucas Macula li naqas li jagħmel kuntatt mal-ballun biex iċ-ċans sfuma fix-xejn.

Melita wieġbu man-nofs siegħa logħob meta minn kontrattakk veloċi Kurt Bondin għadda tajjeb lejn Andres Gonzalez Sanchez iżda l-goalkeeper Mangano ħareġ minn postu biex salva kull periklu.

Ħames minuti wara, fuq in-naħa l-oħra, kien  Aleksander Lubik li interċetta tajjeb fuq Thiago Espindola.

Fil-ħin miżjud tal-ew­wel taqsima, Andre Penha da Costa għal Melita għadda tajjeb lejn CAMILO ANDRES SANCHEZ li waħdu quddiem Mangano ma ħafirx biex fetaħ vantaġġ doppju għall-Ġiljaniżi.

Fid-49 minuta, Henrique Marcelino Motta ċaħħad lill-Gżirjani milli jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta mblokk fil-ħin it-tentattiv ta’ Lucas Macula.

Iżda huma dan, fl-54 minuta, meta NIKOLA DI­SIC daħal tajjeb fil-kaxxa u quddiem Lubik ma żbaljax.

Fil-65 minuta, Melita kienu perikolużi wara li minn corner Motta għola tajjeb u kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata tajjeb minn Mangano.

Fit-72 minuta, Gzira kisbu d-draw meta Aldama tefa’ cross fil-baxx u LUIS CARLOS RIASCOS  approfitta u xeħet fix-xibka.

Minuta qabel tmiem il-partita, Melita spiċċaw jilagħbu b’għaxar players wara li Gareth Barone waqqa’ lil Thaylor Aldama u peress li kien l-aħħar raġel irċieva karta ħamra diretta

Fil-ħin miżjud il-Maroons ġralhom l-istess meta tkeċċa Nikola Disic ukoll permezz ta’ karta ħamra diretta.

GZIRA U.: 30-Giulio Mangano, 5-Enrico Pepe, 6-Andrew Borg, 7-Thaylor Aldama, 11-Lucas Ribeiro De Oliveira (4-Joseph Marie Minala 89), 14-Luis Carlos Riascos, 17-Montell Shaquill (18-Diogo Barbosa 83), 20-Stefan Denic, 22-Kurt Zammit, 93-Thiago Espindola de Paula, 99-Nikola Disic   – Coach: Giovanni Tedesco

MELITA: 12-Aleksander Lubik, 3-Aldair Pena Simanca, 6-Jean Pierre Attard, 9-Andre Carlos Penha Da Costa, 11-Alan Borg Olivier (7-Karl Mohnani 78), 13-Marc Van de Font Bovenkamp (24-Gareth Barone 61), 14-David Xuereb, 26-Kurt Bondin (21-Nick Cutajar 78), 27-Andres Gonzalez Sanchez, 29-Henrique Marcelino Motta, 77-Santiago Perlaza Martinez (22-Gyamfi Collins 40)   – Coach: Clive Mizzi

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Max-Lee Muscat

RABA’ UFF: Philip Farrugia

SKORERS: H. M. Motta 8, C. A. Sanchez 47 (M), N. Disic 54, L. C. Riascos 72 (G)

AMMONITI: E. Pepe, T. Aldama, K. Zammit (GU), M. Van De Font Bovenkamp, K. Bondin (M)

TKEĊĊEW: G. Barone 90 (M), N. Disic 95 (GU)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport