Fl-aktar partita mistennija, Hamrun Spartans u Birkirkara spiċċaw fi draw ta’ 0-0.
Madankollu, dan il-konfront laħaq l-aspettattiva mixtieqa fi draw ġust u f’atmosfera elettrifikanti.
Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu wara biss ħames minuti meta minn indeċiżjoni tal-Karkariż Alessandro Coppola, in-Niġerjan Abdoul Amoustapha kellu l-konklużjoni tiegħu tistampa mal-wieqfa.
Huma komplew jiddettaw il-loghob u fit-23 minuta, Joseph Mbong xeħet cross għan-nofs iżda pront kien hemm Kemar Reid li ddevja l-ballun f’corner.
Ħames minuti wara, l-istess Reid seta’ kien il-protagonista għal Birkirkara meta kellu f’saqajh il-ballun tal-vantaġġ iżda wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper, Henry Bonello, ra lil dan tal-aħħar isalva f’corner bi bravura. Fid-39 minuta free-kick mhux daqstant b’saħħtu ta’ Maxuell Maia ġie salvat mingħajr wisq diffikultá minn Bonello.
Hamrun reġgħu ħolqu l-periklu mill-azzjoni li segwit meta Raphael Lopes Silva kellu xutt minn pożizzjoni ideali iżda ftit li xejn impenja lill-goalkeepe, Giacomo Volpe, li salva tajjeb.
Affarijiet li niddejqu nirraportaw iżda ta’ nota huwa l-fatt li lejn tmiem l-ewwel taqsima il-partita kellha tieqaf għal ftit minuti minħabba li nqala’ xi nkwiet fil-VIP Stand.
Fl-64 minuta cross minn corner ta’ Ryan Camenzuli għal Hamrun ma sab lil ħadd minn sħabu biex jagħmel kuntatt mal-ballun, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.
Fil-75 minuta, Kairou Abdoul għall-Ispartans għamel kollox iżda minn pożizzjoni ideali falla l-mira biex tilef ċans tad-deheb.
Fil-81 minuta, l-Ispartans reġgħu resqu viċin meta Jovan Cadenovic ra t-tentattiv tiegħu salvat minn Volpe megħjun mill-mimduda.
Iżda fil-ħin miżjud, Birkirkara kienu għoddhom skorjaw iżda x-xutt ta’ Paul Mbong mill-viċin ġie devjat f’corner.
HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 5-Sven Xerri, 10-Joseph Essien Mbong, 14-Elionay Da Silva Freitas, 20-Jovan Cadenovic, 25-Ederson Bruno Domingos (8-Talison Lui Barboza 65), 27-Ognjen Bjelicic (33-Mayron 47), 29-Kairou Abdoul Amoustapha (92-Cesar Menacho 76), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 99-Raphael Lopes Silva – Coach: Alessandro Zinnari
BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 6-Leonel Pablo Gaitan, 7-Alex da Paixao Alves (15- Brian Esalo 84), 9-Kemar Reid (8-Paul Mbong 73), 13-Tomislav Papazav, 20-Alex Satariano, 24-Leandro Lautaro Lacunza, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 77-Donovan Makoma, 91-Maxuell Maia – Coach: Stefano De Angelis
REFEREE: Slobodan Petrovic
ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann
SKORERS: Ħadd
AMMONITI: A. Satariano (B), E. Freitas Da Silva (HS)