Sirens … 3
Zebbug R … 3
Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Gary Camilleri, 6-Marcelo Muniz Perreira, 8-Rei Tachikawa, 9-Wellington De Oliverira (4-Weder Soares Da Silva 46), 10-Sean Cipriott, 22-Alex Cini, 25-Paulo Vyctor Bento De Vale, 30-Gabriel Fernandes Ventura, 31-Degran Jackson, 77-Siraj Eddin Arab (19-Miguel Maggi 76) Coach: Winston Muscat
Zebbug R.: 1-Jamie Azzopardi, 3-Shaun Bugeja, 4-Leandro Da Silva Almeida, 5-Travis Bartolo (19-Glen Mifsud 56), 6-Wilker Rocha Santos, 7-Yanis Tonna (20-Jordan Sciberras 80), 8-Ayrton Mizzi (23-Kurt Bondin 65), 11-Charles Lokoi Ngoy, 16-Randall Vella (22-Joseph Gaetano Gesualdi 56), 18-Almir De Jesus Soto Maldonado, 21-Stanimir Miloskovic Coach: Brian Spiteri
Referee: Malcolm Spiteri
Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Edward Spiteri
Raba’ Uffiċjal: Matthew De Gabriele
Skorers: C. Lokoi Ngoy 9, 17, 38 (Z), S. Cipriott 10, R. Tachikawa 51, V. Bento De Vale 68 (S)
Ammoniti: R. Vella, Wilker Rocha Santos (Z), G. Fernandes Ventura, Weder (S)
Player tal-Logħba: Charles Lokoi Ngoy (Z)
Sirens u Zebbug Rangers temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 3-3.
Kienu r-Rangers li fetħu l-iskor wara biss disa’ minuti meta l-attakkant Awstraljan CHARLES LOKOI NGOY avvanza tajjeb fil-kaxxa u għeleb lill-goalkeeper ta’ Sirens, Andrea Cassar.
Iżda Zebbug bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-gowl li Sirens ma ġabux l-iskor indaqs minuta biss wara permezz ta’ xutt mill-isbaħ ta’ SEAN CIPRIOTT li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Zebbug, Jamie Azzopardi.
Ir-Rangers irrispondew fis-17-il minuta permezz ta’ xutt ta’ CHARLES LOKOI NGOY li ġie devjat għal ġewwa minn player ta’ Sirens.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-38 minuta skorjaw it-tielet goal meta wara li rċieva minn cross ta’ Amir de Jesus Maldondo, Andrea Cassar, ħareġ barra minn postu, bil-ballun jispiċċa f’saqajn CHARLES LOKOI NGOY, li b’eleganza llobja l-ballun minn fuq l-istess Cassar, biex b’hekk irreġistra hat-trick personali f’temp ta’ 29 minuta.
Iżda Sirsens ma rmewx ix-xugaman, anzi wettqu reazzjoni mill-aqwa u fil-51 minuta, REI TACHIKAWA, kellu xutt sabiħ li ġie devjat għal ġewwa minn Wilker Rocha Santos.
Huma kisbu punt prezzjuż fit-68 minuta meta VYCTOR BENTO DE VALE wara li rċieva minn cross fil-baxx mil-lemin, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun wara Jamie Azzopardi.