San Ġiljan…………….12
Neptunes……………..12
(3-4, 2-2, 3-1, 4-5)
Fid-derby tant mistenni tal-Balluta, San Ġiljan u Neptunes, temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 12-12.
Kienu Neptenes li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, bil-goals jaslu mill-captain Stevie Camilleri minn man-up wara li tkeċċa Aaron Younger, Filip Filipovic min man-up wara li reġa’ tkeċċa Aaron Younger, il-captain Stevie Camilleri ukoll minn man-up wara li tkeċċa Jake Bonavia u Jake Muscat. Il-captain Matthew Zammit minn player aktar wara li tkeċċa Aleksandar Ivovic, Maro Jokovic minn man-up wara li tkeċċa Filip Filipovic u Nicholas Bugelli wieġbu għal San Ġiljan.
Fit-tieni sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 2-2, bl-iskorers għas-Saints ikunu Maro Jokovic minn man-up wara li tkeċċa Jake Bajada u Nicholas Bugelli. Filip Filipovic minn man-up wara li tkeċċa Jake Bonavia u Stevie Camilleri wieġbu għal Neptunes.
San Ġiljan rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Jake Bonavia, Nicholas Bugelli u Aaron Younger. Jake Bajada skorja l-uniku goal għal Neptunes.
Kollox kellu jiġi deċiż fl-aħħar sessjoni, b’Neptunes ikunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Sam Gialanze, Filip Filipovic, Aleksandar Ivovic minn man-up wara li tkeċċa għal kollox Matthew Zammit, Filip Filipovic u Jake Muscat minn man-up wara li tkeċċa Andreas Galea. Dan sabiex għal San Ġiljan skorjaw Aaron Younger, Maro Jokovic (2), u Andreas Galea wara li tkeċċa Gabriel Pace.
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli (3), 3-Andreas Galea (1), 4-Ben Plumpton, 5-Maro Jokovic (4), 6-Matthew Zammit (1), 7-Jake Bonavia (1), 8-Aaron Younger (2), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit, 11-Darren Zammit, 12-Russell Caruana, 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia, 15-Kelvin Calleja Coach: Zeljko Kovacic
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (2), 3-Sam Gialanze (1), 5-Mark Castillo, 6-Jake Bajada (1), 7-Stevie Camilleri (2), 8-Jordan Camilleri, 9-Aleksandar Ivovic (2), 10-Filip Filipovic (4), 11-Alec Fenech, 12-Enrico Mallia, 13-Marco Rossi, 14-Dejan Bugeja Coach: Dorian Pisani
Referees: Peter Balzan, Luca Bianco