Sunday, December 22, 2024

Draw ġust f’partita pjaċevoli

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Christine Borg

Sirens …………2

Sliema W. ……2

Sirens u Sliema Wanderers  temmew fi draw ġust ta’ 2-2 f’partita li mmaturat fit-tieni taqsima … biex il-Wanderers għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa.

Kien biss fit-28 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bil-Wanderers ikunu huma li joħolqu l-periklu meta free-kick insidjuż ta’ Danny Holla ġie ppanċjat f’sigurtá mill-goalkeeper ta’ Sirens, Jonathan Debono.

Il-Pawlini wieġbu fit-43 minuta u resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Kemar Reid avvanza, xeħet cross fil-baxx lejn Vitor Vieira li minn pożizzjoni ideali ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper tal-Wanderers, David Cassar, li dawwar f’corner.

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-45 minuta Vitor Vieira indirizza cross għan-nofs b’Rei Tachikawa jkun pront u jvenven xutt b’saħ­ħtu mill-viċin li għadda jħakkek mal-mimduda.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Wanderers ħarġu aktar avventurużi u ta’ dan ġew ippremjati meta fit-48 minuta fetħu l-iskor hekk kif minn azzjoni ta’ free-kick, id-difensur Kurt Shaw kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu minn qagħda ideali tiġi salvata parzjalment minn Jonathan Debono, biex mir-rebound OMAR ELOUNI mill-viċin ma kellux diffikultá jsammar il-ballun fix-xibka.

Huma komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u fit-53 minuta xutt bid-dawra ta’ Gabriel Aquilina minn tarf il-kaxxa għadda ftit barra.

Iżda Sirens wettqu reazzjoni tajba u fis-77 minuta meritatament għamlu l-iskor indaqs meta wara taħwida fil-kaxxa, VITOR VIEIRA kważi minn fuq il-penalty spot venven xutt b’saħħtu li ma ta l-ebda ċans lil David Cassar isalva.

Erba’ minuti biss wara, it-team minn San Pawl il-Baħar qaleb l-iskor favur tiegħu meta  wara li rċieva minn cross mil-lemin, FERNANDO BRANDAN, minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Casaar.

Iżda kien għad fadal iktar drama hekk kif fid-89 minuta Sliema kisbu d-draw meta wara li rċieva minn cross mix-xellug, DEJAN VUKOVIC, minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

SIRENS: 1-Jonathan Debono, 2-Antonio Blanco, 8-Rei Tachikawa, 10-Vitor Vieira (7-Bogdan Gavrila 89), 11-Alfred Effiong (21-Carlo Zammit Lonardelli 65), 14-Diego Albanese, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 20-Fernando Brandan, 96-Carlos Riascos (94-Degran Jackson 65), 99-Kemar Reid   – Coach: Winston Muscat

SLIEMA W.: 22-David Cassar, 5-Kurt Shaw, 9-Omar Elouni, 21-Danny Holla (18-Edmond Agius 74), 23-Valmir Berisha (72-Raphael Kooh Sona 74), 24-Gabriel Aqulina, 25-Yuki Uchida (3-Pablo Morales 80), 30-Inters Gui, 61-Myles Beerman, 71-Julius Bilek, 88-Dejan Vukovic   – Coach: Andrea Pisanu

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: O. Elouni 48, D, Vukovic 89 (SW), V. Vieira 77, F. Brandan 81 (S)

AMMONITI: J. Walker, D. Albanese, C. Zammit Lonardelli, F. Brandan (S), Y. Uchida, D. Vukovic, O. Elouni (SW)

     PLAYER TAL-LOGĦBA: Kurt Shaw (Sliema W.)

Ekonomija

Sport