Sunday, November 24, 2024

Draw li ma kkuntenta lil ħadd

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Gzira Utd ……1

Birkirkara ……1

Gzira United u Birkirkara temmew fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd hekk kif qed jissieltu għat-tielet post flim­kien ma’ Hamrun Spartans.

Kienu Birkirkara li  resqu viċin wara tliet minuti meta Paul Mbong għadda lejn Luke Montebello li iżda laqat il-ballun ħażin u ġie kklerjat minn fuq il-linja fatali.

Gzira wieġbu erba’ minuti wara u rnexxielhom jiftħu l-iskor meta Yuri De Jesus Messias xeħet cross li sab lil Gabriel Mentz li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata parzjalment mill-goalkeeper tal-Istripes, Daniel Feranandes, iżda mir- rebound daħal bħal vleġġa JEFFERSON DE ASSIS li permezz ta’ daqqa ta’ ras oħra tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fl-14-il minuta, Montebello għeleb in-nasba tal-offside  biex sab l-ispazju iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet tħakkek mal-wieqfa.

Il-Maroons irrispondew erba’ minuti wara meta Antonio Pavic indirizza cross fid-direzzjoni ta’ Toni Kolega li kkontrolla tajjeb iżda t-tenattiv tiegħu ġie salvat minn Fernandes.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara, ħarġu fuq l-offensiva u fis-56 minuta, kisbu l-goal tad-draw meta mill-corner ta’ Leandro Aguirre, ENRICO PEPE daħal tajjeb biex għeleb lill-goalkeeper Gżirjan Zar­kov.

Fl-74 minuta, Birkirkara reġgħu ħolqu l-periklu meta Luke Montebello kellu l-konklużjoni minn pożiz­zjoni ferm ideali tiġi newtralizzata miill-goalkeeper Darijan Zarkov … u fl-84 minuta Kilian Bevis falla l-mira minn qagħda ideali.

Madankollu, fil-91 minuta, Birkirkara spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Enrico Pepe wara li ma

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Marko Cosic, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 8-Zachary Scerri, 9-Toni Kolega, 11-Yuri De Jesus Messias, 19-Antonio Pavic (17-Clive Gauci 71), 20-Nevin Portelli (21-Jean Paul Attard 76), 94-Jefferson De Assis   – Coach: Darren Abdilla

BIRKIRKARA: 1-Daniel Marcio Fernandes, 2-Enzo Ruiz, 5-Enrico Pepe, 7-Luke Montebello, 10-Paul Mbong (14-Johnson Nsumoh 64), 11-Kurt Zammit, 21-Ryan Scicluna, 27-Leandro Aguirre, 30-Kilian Bevis, 70-Jeferson Macedo (6-Yannick Yankam 84), 77-Diego Venancio (8-Claudio Bonanni 46) – Coach: André Paus

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Luke Por­telli, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Malcolm Spiteri

SKORERS: J. De Assis 7 (GU), E. Pepe 56 (B)

AMMONITI: E. Pepe, C. Bonanni (B), N. Portelli (GU)

TKEĊĊA: E. Pepe 91 (B)

Sport