Balzan………………0
Marsaxlokk……….0
F’partita medjokri u li ftit li xejn offriet emozzjonijiet lil dawk preżenti, Balzan u Marsaxlokk temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.
Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta meta Alex Satariano għadda tajjeb lejn Matheus Nogureira li kellu x-xutt mill-viċin tiegħu salvat bi bravura mill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Marko Drobnjak. Fis-27 minuta, freekick dirett ta’ Aleksa Andrejic dejjem għal Balzan intemm għoli.
Marsaxlokk wieġbu fid-39 minuta meta Ayrton Attard indirizza cross li sab lil Kristian Keqi li klelu d-daqa ta’ ras tiegħu tintemm barra.
Huma komplew fuq l-offensiva u fl-44 minuta Raso serva lil Kristian Keqi li avvanza tiegħu, iżda l-konklużjoni finali tiegħu għaddiet barra.
Fit-53 minuta xutt fil-baxx ta’ Tiago Adan Fonseca għax-Xlukkjari ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Balzan, Rudy Briffa. Dan sabiex fid-89 minuta freekick insidjuż ta’ Leandro Aguirre dejjem għal Marsaxlokk ġie salvat minn Rudy Briffa.
Balzan – 1-Rudy Briffa, 2-Ivan Bozovic, 5-Samir Arab, 6-Marcus Grima, 7-Bogdan Mladenovic (86-Bojan Kaljevic 66), 8-Paul Fenech, 21-Alex Satariano (11-Benjamin Hili 86), 24-Nikola Braunovic, 27-Momcilo Raso, 33-Matheus Nogureira, 77-Aleksa Andrejic (10-Angel Yesid Torres 54) Coach: Oliver Spiteri
Marsaxlokk – 95-Marko Drobnjak, 7-Ayrton Attard (8-Terence Vella 71), 9-Kristian Keqi, 17-Peter Xuereb, 21-Adrian Ferraris, 24-Juan Cruz Aguillar (19-Emerson Vella 46), 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna, 96-Daniel Agius (93-Vamara Sanago 52), 99-Tiago Adan Fonseca Coach: Pablo Doffo
Referee: Daniel Portelli
Ass. Referees: Edward Spiteri, Kurt Saliba
Raba’ Uffiċjal: Stefan Pace
Skorers: Ħadd
Ammoniti: S. Arab, P. Fenech, A. Satariano, N. Braunovic, B. Kaljevic (B), J. Cruz Aguillar, O. Carniello, T. Vella (M)
Player tal-Logħba: Alex Satariano (B)