Balzan … 0
Sirens … 0
F’partita medjokri u li ftit li xejn ipproduċiet azzjonijiiet perikolużi, Balzan u Sirens temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.
Kien biss fil-21 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Sirens ikunu huma li joħolqu l-periklu b’Wellington De Oliveira jittanta xortih permezz ta’ xutt b’saħħtu li iżda ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Balzan, Jonathan Debono.
Balzan wieġbu fis-37 minuta meta Marcelo Perreira Muniz waqqa’ lil Angel Yesid Torres Quinones fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess Torres li iżda kellu l-konklużjoni fraġli tiegħu salvata minn mal-art u mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper ta’ Balzan, Jonathan Debono.
Kien biss fit-62 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti, bit-team minn San Pawil il-Baħar ikun hu li jirnexxielu jersaq lejn il-lasti avversarji meta Kei Sano għadda tajjeb lejn Wellington De Oliviera li għalkemm kien f’qagħda tajba, ma rnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun, li finalment intemm barra.
Balżan wieġbu fil-81 minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa ta’ Uros Ljubomirac li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Sirens Andrea Cassar, li ġie vvutat bħala l-BOV Player tal-Logħba, u li dawwar tajjeb f’corner.
Huma komplew fuq l-offensiva u tliet minuti biss wara, minn azzjoni ta’ corner mogħti mis-sostitut Bogdan Mladenovic, Moncilo Raso kellu daqqa ta’ ras mill-viċin li ntemmet ftit barra.
Sirens wieġbu fis-86 minuta meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Paulo Vyctor Bento De Vale, pront kien Gabriel Ventura Fernandes li kellu d-daqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata minn mal-art minn Jonathan Debono.
Balzan: 23-Jonathan Debono, 2-Ivan Bozovic, 5-Samir Arab, 6-Marcus Grima, 8-Paul Fenech, 10-Angel Yesid Torres Quinones (21-Alex Satariano 73), 18-Uros Ljubomirac, 19-Milos Zlatkovic, 20-Suleiman Jalu (7-Bogdan Zlatenovic 46) (9-Luca Mallia 92), 27-Momcilo Raso, 86-Bojan Kaljevic Coach: Oliver Spiteri
Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Gary Camilleri, 7-Kei Sano (72-David Promise 68), 8-Wellington De Oliveira, 10-Sean Cipriott, 15-Adrian Borg (25-Paulo Vyctor Bento De Vale 31), 22-Alex Cini, 30-Gabriel Fernandes Ventura, 31-Degran Jackson, 38-Stephane Sessegnon (6-Marcelo Muniz Pereira 26) Coach: Winston Muscat
Referee: Emanuel Grech
Ass. Referees: Paul Apap, Mark Ciantar
Raba’ Uffiċjal: Matthew De Gabriele
Skorers: Ħadd
Ammoniti: S. Arab, M. Zlatkovic (B), S. Cipriott, M. Muniz Pereira (S)
Player tal-Logħba: Andrea Cassar (S)