Valletta……………..0
Balzan……………….0
Valletta u Balzan temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.
Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu wara kwarta logħob meta Brandon Paiber kellu t-tentattiv tiegħu salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Balzan, Jonathan Debono.
Balzan wieġbu mill-azzjoni li segwiet minuta biss wara meta Bogdan Mladenovic kien sfortunat u laqat il-wieqfa.
It-team mill-kapitali rega’ ħoloq il-periklu fis-27 minuta meta l-ispeċjalista Brandon Paiber kellu freekick insidjuż li ġie mdawwar f’corner minn Debono.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan ħarġu ferm aggressivi u fit-53 minuta Matheus de Sousa Nogureira temm azzjoni pernsoali fuq il-lemin permezz ta’ xutt li ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper żagħżugħ tal-Beltin, Cain Formosa.
Huma komplew fuq l-offensiva u fl-74 minuta, Marcus Grima, ipprova jaħsad lil Formosa li kien barra minn postu hekk kif kellu x-xutt b’saħħtu tiegħu mdawwar f’corner mill-istess goalkeeper ta’ Valletta.
Mill-azzjoni li segwiet minuta biss wara, is-sostitut ta’ Vallteta William Jebor ta l-illużjoni tal-goal hekk kif wara li rċieva mingħand Enmy Manuel Pena Beltre, kellu x-xutt tiegħu jaħbat max-xibka minn barra.
Valletta: 99-Cain Formosa, 3-Enzo Ruiz, 9-Andrea Zammit (11-Niltinho 56), 10-Shaun Dimech, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 20-Federico Falcone (91-William Jebor 76), 21-Bradley Kamdem, 22-Brandon Paiber (8-Triston Caruana 79), 24-Rowen Muscat, 66-Eslit Sala, 93-Kilian Bevis (28-Jean Marie Ngong 79) Coach: Thane Micallef
Balzan: 23-Jonathan Debono, 2-Ivan Bozovic, 5-Samir Arab, 6-Marcus Grima, 7-Bogdan Mladenovic (18-Delvin Chanel Ndinga 70), 8-Paul Fenech, 19-Nikola Zerjal, 27-Momcilo Raso, 33-Matheus de Sousa Nogureira, 77-Aleksa Andrejic (11-Benjamin Hili 83), 86-Bojan Kaljevic-5 (21-Alex Satariano 57) Coach: Oliver Spiteri
Referee: Fyodor Zammit
Ass. Referees: Duncan Spencer, Vasil Vasilev
Raba’ Uffiċjal: Daniel Portelli
Skorers: Ħadd
Ammoniti: E. Ruiz (V)
Player tal-Logħba: Paul Fenech (B)