Friday, September 12, 2025

DRONE SHOW SER JERĠA’ JIKKARATTERIZZA L-MARĊ TAL-FESTA TA’ ĦAŻ-ŻABBAR

Aqra wkoll

Wara s-suċċess kbir tas-sena l-oħra, meta għexieren ta’ drones żżejnu s-sema ta’ Ħaż-Żabbar waqt il-marċ tal-Ġimgħa, din is-sena l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883 ser terġa’ toffri spettaklu uniku u innovattiv fil-ftuħ tal-marċ tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja.

Illejla, għall-ħabta tad-9.30pm, numru ta’ drones se jkunu sinkronizzati mal-ħoss tal-banda tradizzjonali, flimkien ma’ nar u effetti ta’ dawl li ser jagħtu bidu oriġinali għal waħda mill-aktar iljieli mistennija fil-festa ta’ Ħaż-Żabbar. Il-preparazzjonijiet qed isiru minn tim ta’ voluntiera li ilhom jaħdmu fuq dan il-proġett għal ġimgħat sħaħ.

L-ispettaklu ser jinkludi varjetà ta’ disinji u effetti speċjali maħluqa apposta biex jikkumplimentaw l-atmosfera festiva, u jagħtu lill-udjenza esperjenza viżiva u mużikali li tgħaqqad it-teknoloġija mat-tradizzjoni.

Din hija t-tieni sena konsekuttiva li l-Għaqda qed ittella’ spettaklu ta’ drones – l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu waqt xi festa f’Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport