Sunday, December 22, 2024

DTM: In-neputi ta’ Michael Schumacher jikser is-sinsla ta’ dahru

Aqra wkoll

In-neputi tal-leġġendarju tal-Formula Wieħed, Michael Schumacher, kiser is-sinsla ta’ dahru f’aċċident ikrah fit-tiġrija tad-DTM li saret fiċ-ċirkwit ta’ Hockenheim, fil-Ġermanja.

David Schumacher sofra ġrieħi serji wara ħabta ma’ Thomas Preining waqt l-avveniment li sar nhar fi tmiem il-ġimgħa li għadda. 

Iż-żewġ karozzi kienu qed jissieltu ma’ xulxin wara li t-tiġrija ssoktat wara li ħarġet is-safety car. Huma għamlu kuntatt ma’ xulxin bil-konsegwenza li baqgħu deħlin fil-barriera u bl-impatt qawwi reġgħu sabu ruħhom fuq it-trakka. 

Il-kaos li rriżulta wassal biex l-SSR Porsche ta’ Dennis Olsen tilfet il-kontroll bil-konsegwenza li l-magna nqagħlet minn postha u ttrasformat f’ballun tan-nar. 

Il-Mercedes ta’ Schumacher u diversi vetturi oħra ġarrbu ħsarat kbar. Is-sewwieqa kollha involuti mmedjatament ingħataw attenzjoni medika. 

F’dak il-mument, Schumacher li għandu 20 sena u huwa iben l-eks sewwieq tal-Formula Wieħed, Ralf, deher li ma kellu xejn gravi.  

Madankollu, evetwalment huwa beda jħoss uġiegħ f’dahru u t-testijiet rriżultatw li kiser is-sinsla ta’ dahru.  

Ralf Schumacher sostna li meta David mar id-dar, huwa kien qed jilmenta minn uġiegħ fid-dahar. 

Imbagħad iddeċiedew li jmorru fi sptar f’Salzburg biex isirlu l-MRI. Hemm irrizulta li s-sinsla kienet miksura. 

Għaldaqstant huwa se jdum barra mill-azzjoni għal mad

Ekonomija

Sport