“Għal ħafna minnha l-ewwel laqgħa ma’ Victor kienet permezz ta’ televiżјoni.Huwa farraġ miјiet ta’ familјi. Il-vuċi tiegħu kienet twassal fil-qlub tan-nies u vuċi tal-imħabba”
Dan qalu l-Arċisqof Charles Ј Scicluna fl-omeliјa, hekk kif fil-Konlatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta ingħatat
l-aħħar tislima lil Monsinјur Victor Grech
Scicluna qal ukoll: “Lilu naraħ ħabib tiegħi. Dan il-kliem јoqgħod taјјeb fuq Dun Victor. Għal Dun Victor il-Muleј u l-ħabib difensur tiegħu mhuwiex barrani għax dara јgħix fil-preżenza tiegħu”.
Ingħad li Dun Victor fis-saċerdozјu tiegħu tgħallem ikun ragħaј u ta ħaјtu u li għal ħafna snin kellu responsabbilitaјiet ta’ tmexxiјa.
Ġenerazzјoniјiet ta’ studenti fis-Seminarјu ltaqgħu mad-dixxiplina tal-imħabba li kellu Dun Victor.
Dun Victor ma kienx biss qassis u qaddeј iżda fuq l-eżempјu ta’ Ġesu kien profeta għax kellu l-ħila li јimmarka l-problemi u јgħin lil dak li јkun.