Thursday, December 26, 2024

Duncan Micallef iħabbar li se jipparteċipa fil-Haltech National Finals

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

L-iktar sewwieq veloċi tal-Ewropa u eks Champion Ewropew tad-Drag Racing Duncan Micallef, ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jipparteċipa fil-Haltech National Finals. Din hija rivelazzjoni li qanqlet eċitament fost il-partitarji tiegħu kemm lokalment kif ukoll madwar l-Ewropa, privileġġ għal dawk kollha li japprezzaw l-eċitament tal-motorsport.

Micallef li hu ukoll il-President tal-Malta Motorsport Federation, ħabbar li se jkun qed jieħu sehem fil-Haltech National Finals bejn l-14 u s-17 ta’ Novembru f’Hal Far Raceway. Bħal kull sena, apparti li hija l-Finali hija ukoll l-akbar avveniment tas-sena, li tattira l-akbar numru ta’ kompetituri u mijiet ta’ spettaturi barranin lejn Malta.

Micallef se jkun qed isuq t-Top Fuel Dragster tiegħu, l-aktar tip ta’ karozza veloċi fid-dinja, karozza b’10,000 BHP, aktar minn 100 decibel ta’ ħoss, l-aktar karozza veloċi f’Ħal Far meta laħaq it-303 mil fis-siegħa u saq l-1000 pied f’4.03 sekondi. Micallef qal li din is-sena se jkun fil-finali biex jidħol fi’ 3 sekondi biex ipoġġi t-trakka ta Hal Far fost l-aqwa fl-Ewropa qabel ma l-korsa tibda l-proċess għall-omologazzjoni tal-FIA. Micallef qal li biex jintlaħaq għan bħal dan, huwa inevitabli li wieħed jagħmel ħsara lil xi partijiet tal-magna, liema partijiet li t-tim tiegħu beħsiebu jbiegħ, bil-fondi kollha miġbura jmorru għan-nies fil-bżonn.  

Fuq kollox, Micallef, li jaf kemm hu importanti dan l-avveniment, awgura l-isbaħ xewqat lill-Malta Drag Racing Association, lill-parteċipanti, spettaturi, u sponsors kollha.

B’avveniment daqshekk eċċitanti, kulħadd huwa mistieden biex ikun f’Hal Far Race Way bejn l-14 u s-17 ta’ Novembru. Ħadd ma għandu jitlef iċ-ċans li jara l-prestazzjoni b’veloċità ta dan it-tip, u l-eċċitament tal- Haltech National Finals.

Ekonomija

Sport