Sunday, December 22, 2024

Duncan Micallef lura fil-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-sewwieq u ex-champion tal-Top Fuel Dragster u President tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport Duncan Micallef, ħabbar li se jerġa’ jtellaq f’mill-inqas fi tliet rawnds tal-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing tal-FIA tal-2023.

Micallef mhux ġdid f’dan il-kampjonat. F’Settembru 2016, huwa waqqaf rekord ta’ 3.89 sekondi f’Santa Pod. Fl-2017 kien iddikjarat l-iktar sewwieq veloċi Ewropew u rebaħ il-Kampjonat Ewropew tal-FIA Top Fuel Dragster, l-aktar tip ta’ sport tal-karozzi veloċi fid-dinja. Micallef qed jirritorna fil-kampjonat wara erba’ snin. Lokalment Micallef kien intgħażel bħala Sportiv tas-Sena għal sentejn konsekuttivi, 2016 u 2017, waqt l-iSport Malta Awards – Ghazliet Sportivi Nazzjonali.

Micallef ikkonferma li xorta se jkun qed jippresiedi l-Malta Motorsport Federation u, flimkien mat-tim tiegħu, se jkompli jmexxi d-diversi proġetti li bħalissa qed isiru mill-Federazzjoni.

L-ewwel debutt ta’ Micallef ser jkun fil-Main Event f’Santa Pod bejn il-Ġimgħa 26, u t-Tnejn 29 ta’ dan ix-xahar.

Ekonomija

Sport