Saturday, December 21, 2024

Duncan Micallef u ibnu Jacob b’impenji barra minn xtutna

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Bejn il-Ħamis 5, u l-Ħadd 8 ta’ Settembru, is-sewwieq Top Fuel Dragster Duncan Micallef jinsab f’Santa Pod Race fir-Renju Unit biex jieħu sehem fil-Euro Finals, il-Ħames u l-Aħħar tellieqa tal-FIA European Drag Racing Championship. Micallef ilu fil-quċċata ta dan il-kampjonat mill-bidu u kiseb xi ħaġa notevoli. Huwa kiser żewġ rekords, l-aqwa ħin personali tiegħu u l-aktar sewwieq veloċi fl-Ewropa.

Micallef kien spettakolari fit-tielet round ix-xahar li għadda f’Tierp Arena fl-Isvezja. Huwa kisser ir-rekord tiegħu u waqqaf rekord Ewropew ġdid. B’rekord personali ta’ 3.79 sekondi u rekord Ewropew ta’ veloċità ta’ 321.4MPH, Micallef għadu qed fil-quċċata tal-FIA European Drag Racing Championship b’227 punt, segwit minn Susanne Callin tal-Isvezja b’192 punt u Jndia Erbacher tal-Isvizzera b’168 punt.

Intant, iben Duncan, Jacob Micallef, jinsab ukoll fir-Renju Unit, biex jieħu sehem fil-5 u l-aħħar Round tal-Euro Series 2024, Champions of the Future, fil-PF International Karting Circuit, l-akbar ċirkwit tal-karting fir-Renju Unit.

Ekonomija

Sport