Minkejja li Juventus qalu li Dusan Vlahovic mhux għall-bejgħ, ir-realta’ hi ferm differenti minn hekk. Fil-fatt, Bayern Munich u Chelsea huma ferm interessati f’dan l-iskorer prolifiku mis-Serbja u lesti jonfqu somma tajba sabiex jakkwistawh.
Juventus qed jaraw liema offerta taqbel, bi Vlahovic li iktar hu inklinat li jmur jilgħab fil-Premier League Ingliż.
Vlahovic għandu 23 sena u lagħab ma’ Partizan u Fiorentina qabel ma’ ngħaqad ma’ Juventus f’Jannar 2022.