L-attakkant internazzjonali Serb Dusan Vlahovic qed jaffaċċja sfida biex jikseb post ma’ Juventus fejn minkejja li qed jiskorja, Igor Tudor għadu jippreferi jdaħħlu bħala sostitut. Il-klabb qed jippjana li jbigħu f’Jannar u jdaħħal xi ħaġa tal-flus tiegħu.
Sadanittant diġa’ kien hemm offerti mingħand Chelsea u Manchester United li jidhru l-aktar attraenti. L-għan hu li i Bianconeri jirċievu l-flus qabel ma jispiċċalu l-kuntratt tiegħu fit-30 Ġunju li ġej, billi Jonathan David u Loïs Openda huma l-ewwel għażla fl-attakk.
Vlahovic qed juri l-aħjar forma tiegħu dan l-aħħar bil-gowls li qed jiskorja u għalhekk bħalissa jiswa ħafna flus fis-suq, xi ħaġa li Juventus qed iħarsu lejha.