Minkejja rapporti inizjali li qalu li Juventus se jżommu lill-attakkant Serb Dusan Vlahovic anke fl-istaġun li ġej, fil-verita’ d-diriġenti ta’ La Vecchia Signora għadhom qed itellgħu u jniżżlu jekk jagħmlux dan.
Fil-fatt, isem Vlahovic għadu jissemma’ fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf b’diversi klabbs Ingliżi u anke mill-Arabja Sawdija li qed isaqsu għalih.
Fl-istess waqt id-diriġenti Bianconeri qed jirraġunaw li ġaladarba huma mhux se jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej, ma jistgħux iżommu lill-plejer ta’ 23 sena milli jipprova avventura ġdida.
Vlahovic ingħaqad ma’ Juventus f’Jannar 2022, lagħab 42 partita u skorja 17-il gowl.