F’nofs din il-ġimgħa, l-attakkant internazzjonali Arġentin Paulo Dybala għaqqad it-300 dehra fis-serie A ma’ Roma. Dan kollu għamlu waqt il-partita tal-bieraħ li i Giallorossi lagħbu kontra Genoa u li tilfu 4-1.
Dybala kien ferm kuntent li laħaq dan it-tragward u sostna kemm iħobb lill-Italja li skont hu tatu opportunitajiet kbar. Minkejja kollox kien ferm diżappuntant bir-riżultat finali.
Dybala lagħab ma’ Palermo qabel ma’ ġie trasferit ma’ Juventus fejn qatta’ ħafna mill-karriera tiegħu.