Il-plejer il-ġdid ta’ AS Roma Romelu Lukau u l-attakkant internazzjonali Arġentin Paulo Dybala jistgħu jirrifjutaw sejħa mill-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżhom sabiex jikkonċentraw fuq l-impenji li għandhom Roma fil-kampjonat u fil-UEFA Europa League.
La Joya għandu xi problemi f’siequ u għalhekk bħalissa għaddej f’fażi ta’ mistrieħ filwaqt li Lukaku jixtieq jibqa’ Trigoria sabiex jidra aktar lil sħabu u joqgħod għall-ordnijiet tal-kowċ Jose Mourinho.