Friday, November 22, 2024

€1,000 multa għal Ingliż fis-sakra li kkaġuna ħsara f’appartament fil-Mosta

Aqra wkoll

Joseph Jacobs, Ingliż ta’ 39 sena ġie kkundannat sena u nofs ħabs sospiżi għal 3 snin kif ukoll immultat €1,000 hekk kif ammetta li wettaq ħsarat f’appartament fil-Mosta meta kien fis-sakra.

Jacobs ammetta quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi li kkaġuna l-ħsara fl-appartament fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa kif ukoll ammetta li kien hedded uffiċjal pulizija.

Il-Prosekuzzjoni fil-Qorti qalet kif il-Pulizija ntalbu jintervjenu minħabba li kien hemm xi ommossjoni fi blokka ta’ appartamenti fil-Mosta u x’ħin waslu sabu anke xi ħsarat.

Il-pulizija arrestaw lil Kacobs fuq il-post, iżda beda jirreżisti l-arrest tant li hedded wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija fejn qallu li se jaqtagħlu jdejh.

Id-difiża min-naħa l-oħra qalet li meta seħħ dan il-każ l-Ingliż kien taħt l-influwenza tal-alkoħol u ma jiftakar xejn minn dak li wettaq. L-Ingliż skuża ruħu u qal li jiddispjaċih għal dak li wettaq. Hu qal li se jkun qiegħed jitlaq minn Malta fil-jiem li ġejjin.

Il-Maġistrat Azzopardi ikkundanna lil Jacobs sena u nofs ħabs sospiżi għal 3 snin u multa ta’ €1,000.

Sport