Sunday, November 24, 2024

€100,000 miċ-ċittadinanza b’investiment lil Puttinu Cares biex jgħinu lil tfal Ukreni morda bil-kanċer

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Quddiem it-tbatijiet li għaddej minnhom il-poplu Ukren, fejn fl-aħħar jiem eluf ta’ ċittadini Ukreni komplew jaħarbu lejn il-fruntieri tar-Rumanija u l-Polonja, Talk.mt hu infurmat li n-National Development and Social Fund (NDSF), ta għotja ta’ €100,000 lil Puttinu Cares biex jintużaw għall-bżonnijiet ta’ tfal Ukreni morda bil-kanċer. L-NDSF hi aġenzija governattiva li parti mir-rwol tagħha hu li tamministra l-kontribuzzjonijiet li jidħlu mill-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment.

Sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit sostnew li “f’dan il-mument, inħass li hu bżonjuż li l-fondi mill-NDSF jgħaddu għand Puttinu Cares biex jgħinu lil tfal Ukreni morda bil-kanċer. Qegħdin naraw kriżi umanitarja kbira quddiemna, u jkun għaqli li fondi minn dan il-fond imorru għal din il-kawża”. L-istess sorsi qalulna li għaddejja ħidma biex akkomodazzjoni ta’ Puttinu Cares f’Londra tiġi offruta biex tintuża minn pażjenti Ukreni  li se jkunu rilokati lejn Londra. 

Sport