L-għaqda Minn Idejna għall-Missjoni, li taħdem biex tgħin missjunarji Maltin u Għawdxin barra minn xtutna, għal darb’oħra għalqet is-sena finanzjarja tagħha.
Permezz ta’ diversi attivitajiet din is-sena tqassmu €11,000 lil missjunarji differenti fil-Perù Gwatemala, Pakistan u Filippini.
Minn Idejna ghall-Missjoni tixtieq jirringrazzja lill-benefatturi tagħha u tħares ‘il quddiem għal sena oħra ta’ ħidma b’risq ħafna persuni fil-bżonn fosthom tfal, familji u persuni b’dizabilità li ħafna minnhom jgħixu f’postijiet remoti.

