Tuesday, December 24, 2024

€15,500 f’għajnuna finanzjarja lir-residenti taċ-Ċawla Housing Estate mill-kreditu akkumulat mill-pannelli fotovoltajċi

Aqra wkoll

Waqt żjara li għamel lir-residenti taċ-Ċawla Housing Estate, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, permezz tad-Direttorat ta’ EkoGħawdex, qassam €15,500 mill-kreditu li ġie akkumulat mill-231 pannella fotovoltajka li hemm imwaħħla u mifruxa fuq blokok ta’ appartamenti fl-istess żona.

Il-Ministru Camilleri spjega li, “ta’ kull sena dawn il-pannelli jiġġeneraw l-elettriku mix-xemx u dan l-elettriku jmur fil-grid nazzjonali. L-ammont ta’ elettriku li jiġġeneraw jissarraf fi kreditu u dan jitqassam lir-residenti f’forma ta’ għajnuna finanzjarja.” Il-ministru kompla jgħid li b’kollox hemm 15-il blokka f’Taċ-Ċawla Housing Estate, b’kull blokka bi 8 appartament, b’total ta’ 120 ruħ.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li din l-għajnuna finanzjarja hija mmirata biex ittaffi ftit mill-piżijiet finanzjarji ta’ dawn il-familji u fl-istess ħin inkomplu ninkoraġġixxu l-enerġija rinovabbli.

Ekonomija

Sport