Friday, December 20, 2024

€2,000 multa talli żamm Pantera bla permess

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena minn Ħaż-Żebbuġ kien immultat €2,000 wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu annimal perikoluż – Panthera Pardus – li ma kienx reġistrat biex iżommu.

Eric Attard ammetta wkoll li fis-26 ta’ Ottubru 2021 u fil-ġranet u x-xhur ta’ qabel, żamm dan l-annimal f’sit li ma kienx approvat mid-Direttur u mhux ġewwa stabbiliment żooloġiku. 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella sabitu ħati ta’ dawn l-akkużi iżda mhux ħati li wettaq reat waqt perjodu operattiv ta’ libertà kkundizzjonata għal sentejn u dan minħabba nuqqas ta’ provi. 

Huwa kien immultat €2,000, li jistgħu jitħallsu b’pagamenti kull xahar fuq perjodu ta’ sena. 

Fid-dawl li l-Prosekuzzjoni u d-Direttorat tas-Servizzi Veterinarji rtiraw it-talba għall-konfiska tal-annimal, il-Qorti astjentiet milli tieħu konsiderazzjoni tat-talba tal-Prosekuzzjoni. 

Ekonomija

Sport