Saturday, November 23, 2024

€2,300 multa talli daħal fil-‘conveyer belt’ tal-ajruport

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Slovakk ta’ 20 sena li kien għadu kemm jasal Malta spiċċa fil-Qorti wara li daħal fil-‘conveyer belt’ minn fejn jgħaddu l-bagalji.

Katrenick Lukas kien mixli li nhar is-Sibt 15 ta’ Awwissu, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, daħal ġo zona ristretta u ikkaġuna ħsara f’parti mill-ajruport.

Iż-żagħżugħ,  li kien assistit mill-Avukat Christopher Cutajar, wieġeb ħati għal dawn l-akkużi bl-Ispettur Silvio Magro jiddeskrivi dan l-aġir bħala “bluha taż-żgħożija”.

Il-Maġistrat Josette Demicoli ikkundannat lil Lukas għal multa ta’ €2,300 li trid titħallas sat-Tnejn.

Sport