Saturday, December 21, 2024

€252.5 miljun f’bejgħ ta’ propjetà resdenzjali f’Mejju 2023

Aqra wkoll

F’Mejju 2023, in-numru ta’ atti finali ta’ bejgħ ta’ proprjetà residenzjali kien jammonta għal 1,080, tnaqqis ta’ 13.7 fil-mija meta mqabbel ma’ dawk irreġistrati sena qabel. Il-valur ta’ dawn it-trasferimenti ta’ propjetà kien jammonta għal €252.5 miljun, li juri tnaqqis ta’ 8.0 fil-mija meta mqabbel mal-valur korrispondenti rreġistrat f’Mejju 2022. Dan skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatika (NSO).

Fl-istess xahar kien hemm 978 kuntratti finali ta’ bejgħ li jinvolvu xerrejja individwali, li jirrappreżentaw 90.6 fil-mija tat-total, bil-kumpaniji jammontaw għal kważi l-bqija kollha. Il-valur tal-kuntratti minn xerrejja individwali kien jammonta għal €208.3 miljun, ekwivalenti għal 82.5 fil-mija tal-valur totali.

F’Mejju 2023, l-ogħla numri ta’ kuntratti finali ta’ bejgħ ġew irreġistrati fid-Distrett tal-Port tat-Tramuntana u d-Distrett tat-Tramuntana li rreġistraw total ta’ 317 u 192 kuntratti rispettivament. L-inqas li ġew irreġistrati kien fid-Distrett tal-Punent u d-Distrett ta’ Għawdex u Kemmuna, rispettivament.

L-ogħla numru ta’ atti finali ta’ bejgħ ġew irreġistrati fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar (92), Birkirkara (49), Tas-Sliema (46) u Marsaskala. L-għadd ta’ kuntratti rreġistrati f’dawn il-lokalitajiet kienet tikkorrispondi għal 21.1 fil-mija tat-total tal-atti finali tal-bejgħ irreġistrati matul Mejju tal-2023.

Ekonomija

Sport