Il-Ministru għall-Intern, Sigurta Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri informa lill-Parlament li l-bastiment tal-Captain Morgan li fuqu hemm l-immigranti qed jingħata €3,000 kuljum.
Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li talab kemm hija l-kirja għall-vapur li fuq qed jinżammu numru ta’ immigranti li ġew salvati fl-ibħra territorjali lokali.